Bloggata speċjali, din tal-lum, mingħand l-awtriċi Antoinette Borg:
Bloggata speċjali, din tal-lum, mingħand l-awtriċi Antoinette Borg:
Meta ktieb ikun wasalli biex jiġi ppubblikat, nibda naħseb biex niżbarazza l-karti, taħżiż, ritratti, artikli, dokumenti u emails relatati miegħu, li jkolli mxerrdin ’l hawn u ’l hemm fiżikament jew fuq il-kompjuter. Hekk qed nagħmel bħalissa, indur u norganizza dak kollu li għandu x’jaqsam max-xogħol fuq Amina, ir-rumanz il-ġdid tiegħi li ġie ppubblikat f’dawn il-jiem.
Nieħu gost nagħmilha dil-biċċa xogħol. Kull karta jew email tfakkarni f’xi fażi partikolari tar-riċerka jew tal-kitba tar-rumanz. Jien naf, pereżempju sibt:
Taf x’sibt ukoll? L-email li kont ktibt lil Chris tal-Merlin meta semmejtlu r-rumanz għall-ewwel darba. Kważi sena ilu, f’Jannar tal-2018, ktibtlu hekk:
Ili żmien twil naħdem fuq rumanz li qed iħabbatni ħafna. Għalkemm għandi idea pjuttost ċara tal-istorja, ma nistax insib il-mod kif l-aħjar nirrakkontaha. Bdejtu mill-ġdid ma nafx kemm-il darba, kull darba nesperimenta b’perspettiva, jew vuċi, jew stil ta’ narrazzjoni differenti. Kemm-il darba wkoll ġietni t-tentazzjoni li nabbandunah għalkollox, imma jekk indaħħal f’moħħi li rrid nagħmel xi ħaġa ma nistrieħx qabel nagħmilha, lol 😉 Issa qisni qbadt linja partikolari, u għal darb’oħra erġajt tajjart kollox u bdejt mill-ġdid …
Imnalla rasi iebsa u m’abbandunajtux! Tani battikata dan ir-rumanz, imma ħareġ għal qalbi immens. Nittama li lilek jogħġbok ukoll.
– Antoinette Borg