IXTRI

  • img-book

    Vincent Vella

Żiffa u Stejjer Oħra

ta' : Vincent Vella

3.50

Kopji:
ISBN: 9789990911206
Qoxra: paperback
Età: 13-18
Illustratur: Andrew Micallef
Pubblikazzjoni : 1999
Paġni : 88
Rebbieħ ta’ Premju Speċjali fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb F'din il-ġabra nsibu stejjer ta' xejriet differenti. Ġiżimina hija ħrafa tradizzjonali fejn il-Kavallier jirbaħ il-maħbuba tiegħu wara ħafna taqtigħ il-qalb. Imħabba, xi ftit mhux tas-soltu, terġa' tfeġġ f'Żiffa u f'Tajra. Il-Maria Elena u l-Poni tal-Fiera huma stejjer bi sfond ta' fantaxjenza waqt li Klawdju hija ħrafa klassika fejn il-protagonisti huma l-annimali. Dawn il-ħrejjef għandhom jingħoġbu sew miż-żgħar li jaraw fihom il-fantasija u stejjer ħelwin, kif ukoll fuq livell ieħor mill-kbar li jsibu fihom mera msaħħra tad-dinja li jafu huma.

ISBN: 9789990911206
Illustratur: Andrew Micallef
Pubblikazzjoni: 1999
Paġni: 88

  • Reċensjonijiet(0)
  • Vincent Vella huwa kittieb ta’ rumanzi, novelli u drammi sew bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Xogħlijiet tiegħu ta’ drama ttellgħu fit-Teatru Manoel, l-Università u fiċ-Ċentru ta’ Kreattività. Fi tliet okkażjonijiet rebaħ il-premju għall-Ewropa fil-BBC World Service and British Council International Radio Playwriting Competition, bid-dramm Ernesto Panza jixxandar fuq il-BBC World Service. Ir-rumanz Slippery Steps u l-ktieb tad-drammi Bagalja Ħolm rebħu l-Premju Letterarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb. Ġabra ta’ novelli tieghu ġiet ippubblikata s-Slovenja.
    View Profile
    View Pdf