IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

X’Tixtiequ Jagħmel il-Fenek?

ta' : Trevor Żahra

4.65

Kopji:
ISBN: 9789990911961
Kategorija:
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2002
Paġni : 88
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb L-istejjer tas-soltu jkunu stejjer bravi. Jibdew mill-ewwel paġna u jibqgħu sejrin sa l-aħħar. L-istejjer tas-soltu jkollhom bidu wieħed u tmiem wieħed. Imma din mhix hekk. Din storja mqarba. Il-Fenek l-Aħmar ma jafx x'se jaqbad jagħmel! Ma jafx x'għandu jagħżel! Trid tkun int li tagħżel x'se jiġri. L-istorja fiha ħafna triqat u int se tagħżel minn liema triqat tgħaddi. Id-destin tal-imsejken Fenek f'idejk.

ISBN: 9789990911961
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2002
Paġni: 88

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    View Pdf