Availability: In Stock

X’Seta’ Ġralu lil Kevin Cacciattolo? | eBook

Mark Vella
SKU: 9789990915303

10.00

Compare
ISBN: 9789990915303
Kategorija:
Qoxra: eBook
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2014
Numru ta’ paġni : 296
Tags: , ,

verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.

 

Rumanz rebbieħ tal-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni letterarja #abbozz

U iva, xammejt … tgħidx kemm-il darba xammejna stejjer li ma kinux. U anki dawk li setgħu kienu … meta tara li m’hemmx mnejn tasal, kollox maħdum bizzilla biex ma tasalx, tieqaf. Stop. Daqshekk hi faċli, Mark. ’Qas hi kwistjoni li taqta’ qalbek. Kemm tieqaf u timxi lejn xi ħaġa oħra, xi ħaġa li tifhimha int u se tinftiehem. U barra bid-daqq.

1984 u l-iskola li bdiet tard f’Novembru. Dawk it-tnejn. Theuma tal-PE. Ħadd ma jaf xi ġralu Kevin Cacciattolo. Anki Mark ma jafx, snin wara li għeb. U forsi lanqas għandu għala joqgħod ifittex. Għax hemm stejjer li ħadd ma jrid jismagħhom, jew stejjer oħra li anqas ħaqq toqgħod tiffissa fuqhom. Hemm stejjer li nifhmuhom kif irridu jew kif ngħiduhom lilna nfusna.

Jew forsi hemm xi ħadd jaf. Jaf l-istorja kollha, mill-bidu sal-aħħar, bl-għeruq, il-qoħob u x-xniexel. Imma anki dik storja li se jibqa’ ma jgħidha ħadd tassew.

Nirrakkomandaw