IXTRI

  • img-book

    Ġużè Stagno

Xemx, Wisq Sabiħa

ta' : Ġużè Stagno

10.00

Kopji:
ISBN: 9789990914382
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2013
Paġni : 208
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Ir-rumanz 'cult' ta' Ġużè Stagno "Kif naraha jien, il-klassi tal-ħaddiema hi bħall-'Hotel California': 'You can check out any time you like but you can never leave …', lanqas jekk iġġib dottorat mis-Sorbonne. Jien u oħrajn bħali aħna fost l-aktar nies żvinturati li jeżistu fid-dinja: twelidna fil-klassi tal-ħaddiema u twelidna b'moħħna tajjeb biżżejjed biex nirrealizzaw f'liema diżastru twelidna. Mulej nitolbok: jekk trid iġġibni wild il-ħaddiem agħmel li ż-żobb trid, imma għall-anqas ġibni stupidu bħalma ġibt lil missirijieti." Jekk Inbid ta' Kuljum kien aħrax u pastaż, Xemx, Wisq Sabiħa huwa tassew l-abiss: dak kollu li dejjem għarafna iżda li qatt ma xtaqna nitkellmu dwaru. Id-dwejjaq, il-kruha, il-ħażen, il-vulgarità ta' ġenerazzjoni li ma fadlilha xejn iżjed xi tgħid. Stagno jobżoq kollox fi traġikummiedja trash ambjentata fil-ħmieġ ta' Paceville, fil-familji working class ta' Marsaxlokk, fil-weekends f'Għawdex, żwieġ għax m'hemmx iżjed x'tagħmel u tletin elf lira dejn għall-post. "I honestly cannot make up my mind whether Ġużè Stagno's Xemx, Wisq Sabiħa is one of the best books in Maltese I've ever read, or one of the worst." - Toni Sant ippubblikat għall-ewwel darba mill-Minima
Ġużè Stagno twieled fil-villaġġ tas-sajd u s-sajjieda, Marsaxlokk, Malta fl-1976. Kiteb erba’ rumanzi, u qiegħed jaħdem fuq il-ħames wieħed. Ilu għall-aħħar ħames snin jgħix Brussell, fejn jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum bħala interpretu tal-konferenzi. Ir-rumanz favorit tiegħu - li qatt ma qara - hu The Life and Opinions of Tristram Shandy, Gentleman ta’ Laurence Stern. “L-aħjar rumanzi,” jgħid, xi ftit enigmatikament, “huma dawk li għadek qatt ma qrajt. Dejjem.”
View Profile
"I honestly cannot make up my mind whether Ġużè Stagno's Xemx, Wisq Sabiħa is one of the best books in Maltese I've ever read, or one of the worst." - Toni Sant
View Pdf