IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Xemgħat

ta' : Trevor Żahra

14.00

Kopji:
ISBN: 9789990916874
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 304
Għażla ta’ novelli mill-kotba Lubien, Provenz, Sepja, Penumbra, Vespri Ġirja waħda … mill-ħelu tas-sugu u l-ġuġù ta’ Nikol ix-Xmaksu, għall-qronfol li jfuħ bla ma jidher … mit-tkexkix tal-vari mimlijin dmija, għall-qilla ta’ Żaren li fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kien jilbes ta’ ċenturjun … mill-fjuri bbalzmati ta’ Ċelestina, għar-ritratti sepja fl-album tan-nanniet … Għexieren ta’ karattri minn tlieta u għoxrin novella, miġburin minn medda ta’ għoxrin sena, jingħaqdu bejn dawn iż-żewġ qoxriet biex jawguraw lill-awtur f’għeluq is-sebgħin sena tiegħu.

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

View Profile
View Pdf