Availability: In Stock

Volens

Mark Camilleri
SKU: 9789990914429

10.00

Compare
ISBN: 9789990914429
Kategorija:
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2013
Numru ta’ paġni : 320
Tags: ,

Jirritorna l-Ispettur Victor Gallo, fis-sequel ta’ Prima Facie. Rumanz polizjesk ġdid.

“Sieħbu kellu dak kollu li hu ma kellux u kien dak kollu li hu ma kienx.”

Għax għal Martin Mizzi, wieħed mill-iżjed footballers popolari tal-gżejjer, il-kelma “biżżejjed” ma kinitx fil-vokabularju tiegħu. Sakemm jiltaqa’ ma’ mewtu, f’ġurnata ta’ sħana minn dawk li jħobb isawwatna bihom Awwissu, u tingħata bidu għal katina ta’ ġrajjiet illi fil-qalba tagħha jsib ruħu — forsi iżjed fil-fond milli xtaq — l-Ispettur Victor Gallo. U għall-Kap tat-Taqsima tal-Omiċidji l-investigazzjonijiet huma l-kura sabiex jipprova ma jiftakarx fl-imgħoddi.
Akkost li kull pass li jagħmel ikun riskju, volens, li l-istorja tirrepeti ruħha.

Fl-istess sensiela

Nirrakkomandaw