Manwel kien ilu s-snin jgħix fil-villa ta’ Wied Qlejba. Iżda issa ċ-ċens għalaqlu u s-sid irid ibigħha. U Manwel m’għandux tmintax-il elf lira biex jixtriha. Min jista’ jgħinu jikseb dawk il-flus kollha? Tgħid Siko-Sao?
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com