IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Vespri

ta' : Trevor Żahra

14.00

Out of stock

ISBN: 9789990915730
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2015
Paġni : 336
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Ir-ritorn tant mistenni ta' Trevor Żahra Niġri bil-karozza wara mara li qatt ma rajt … Inħallihom ilaqqgħuni ma' għarusa li ma nafx … Nikteb ittra u nimpustaha ġo lapida ta' ċimiterju … Noħlom li ndoqq pjanu li ma jridx jindaqq … Inbakkar nixtri l-gazzetta biex naqra l-aħbarijiet minn għajnejn Susanna … Nara lili nnifsi fi programm dirett fuq it-televixin waqt li jiena m'iniex hemm … Nilmaħha tiġri mat-triqat ħdax-il sena wara mewtha … Nibża' mill-bhima li missieri jrid jimmansa … Nitkexkex mill-pjagi ta' San Franġisk mitluq waħdu taħt l-għajn … Trevor Żahra jirritorna b'ġabra ġdida ta' rakkonti li fihom ir-realtà titħallat mal-ħolm, it-tbissim jintiseġ mal-uġigħ, in-normali jiżżewweġ mal-bizzarr u l-passat jimxi id f'id mal-preżent. U lkoll flimkien ikantaw is-salmi tal-Vespri qabel ma l-lejl jonfoħ fuq il-fjamma dgħajfa tax-xemx u taqa' d-dalma.

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

View Profile
View Pdf