IXTRI
Kategoriji
X
-
Trevor Żahra
Tqasqis
ta' : Trevor Żahra€6.50
ISBN:
9789990914320
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Poeżiji
Qoxra:
paperback
Età:
9-14
Illustratur:
Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2012
Paġni : 96
About This Book
Rebbieħ: Trevor Żahra għall-Aqwa Illustrazzjonijiet fi Ktieb għat-Tfal fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Fl-ewwel taqsima tiltaqgħu ma' Matt, tfajjel ta' disa' snin, li jirrakkonta l-praspar tal-familja tiegħu … ta' ommu, missieru, ħutu u ta' Giotto, il-qattus.
Fit-tieni taqsima hemm poeżiji dwar il-grammatika Maltija; grammatika mimlija umoriżmu, botti u ċajt.
Fit-tielet taqsima għandkom ftit poeżiji qosra li jmissu d-dinja tal-fantasija.
U għal min isib xi kliem kemxejn tqil, hemm ukoll ir-raba' taqsima fejn għandkom ftit tagħrif grammatikali. Iżda attenti … għax ma nafx kemm dan it-tagħrif jista' verament jiswielkom ta' għajnuna.
L-isem Tqasqis jirreferi għall-istampi ta' dan il-ktieb, li Trevor Żahra ħadimhom permezz ta' tqasqis u tqattigħ ta' karti. Imma barra minn hekk, il-ktieb huwa mimli tqasqis fuq kollox u fuq kulħadd.
ISBN: 9789990914320
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2012
Paġni: 96

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com