Tgħallem ikteb l-abċ int u tagħti l-kulur lill-istampi. Iltaqa’ ma’ Dino u Dina, żewġ dinosawri bravi ħafna li se tarahom ta’ spiss f’din is-sensiela ta’ kotba għat-tagħlim tal-Malti. Dan l-ewwel ktieb għandu jgħin lit-tfal jiktbu l-ittri kollha tal-alfabett, kemm dawk żgħar kif ukoll dawk kbar.
Il-ktieb li jmiss wara dan fis-sensiela huwa Tikka Malti 1a.
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar
Leanne Ellul
leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ.leanneellul.netAra aktar