IXTRI

  • img-book

    Leanne Ellul, Clare Azzopardi,

Tikka Malti 6a

ta' : Leanne Ellul, Clare Azzopardi

6.95

Kopji:
ISBN: 9789990918540
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2018
Paġni : 80
About This Book
L-istudenti tas-sitt sena tal-primarja se jiltaqgħu ma’ bosta temi interessanti f’Tikka Malti 6a, fosthom: il-festi u l-festeġġjamenti, materjali differenti, u drawwiet Maltin. Barra minn hekk, se jkomplu jsaħħu l-erba’ ħiliet tal-Malti — il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — u diversi aspetti grammatikali bħall-partiċelli, is-superlattiv u l-plural. Tikka Malti 6a nħadem bl-għan li l-istudenti jkopru l-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOF) li huma mistennija jilħqu f’dan il-livell. Dan il-ktieb huwa akkumpanjat b’podcasts u riżorsi utli għall-għalliema. Din is-sensiela tintemm b’Tikka Malti 6b.

ISBN: 9789990918540
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2018
Paġni: 80

  • Reċensjonijiet(0)
  • leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ. leanneellul.net
    View Profile
    Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf