IXTRI

  • img-book

    Leanne Ellul, Clare Azzopardi,

Tikka Malti 5b

ta' : Leanne Ellul, Clare Azzopardi

6.75

Kopji:
ISBN: 9789990917666
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2018
Paġni : 80
About This Book

Tikka Malti 5b ikompli fejn ħalla Tikka Malti 5a u huwa mmirat għall-istudenti tal-ħames sena tal-primarja. Jindirizza temi kokurrikulari bħall-Paralimpijadi, Malta tal-lum u tal-bieraħ u bijografiji ta’ nies magħrufa. Dan il-ktieb iħarreġ lill-istudenti fl-erba’ ħiliet tal-Malti — il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — kif ukoll jgħinhom jilħqu l-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOF) li huma mistennija jilħqu f’dan il-livell.

Tikka Malti 5b jindirizza wkoll numru ta’ oqsma grammatikali f’kuntest u huwa akkumpanjat b’podcasts kif ukoll riżorsi utli oħra għall-għalliema.

ISBN: 9789990917666
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2018
Paġni: 80

  • Reċensjonijiet(0)
  • leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ. leanneellul.net
    View Profile
    Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf