Availability: In Stock

Tikka Malti 5a

Leanne Ellul Clare Azzopardi
SKU: 9789918240265

6.95 6.26

Compare
ISBN: 9789918240265
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Etajiet:
Illustratur: Erin Taylor
Data tal-pubblikazzjoni : 2023
Numru ta’ paġni : 96
Tags: ,

Edizzjoni aġġornata skont is-sillabu l-ġdid tal-Malti, u t-taħriġ kollu fil-ħiliet huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOs).

Tikka Malti 5a huwa ktieb ta’ taħriġ fil-Malti mfassal b’mod iggradat u b’eżerċizzji ffukati fuq il-ħiliet indirizzati fis-sillabu — il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — kif ukoll l-oqsma tal-grammatika, il-punteġġjatura u l-kultura. Fost it-temi li l-istudenti tal-ħames sena se jiltaqgħu magħhom, hemm: is-supereroj, l-ivvjaġġar, id-dinja ta’ madwarna, l-invenzjonijiet u ħafna oħrajn.

L-eżerċizzji f’kull taqsima huma mħejjija apposta biex it-tfal jitħarrġu ftit ftit u bil-pass tagħhom. L-istampi u r-ritratti li jakkumpanjaw l-eżerċizzji ma jonqsux. Il-ktieb huwa wkoll akkumpanjat b’podcasts. Marbutin miegħu hemm ukoll bosta riżorsi oħrajn għall-għalliema u għall-ġenituri sabiex jiggwidaw lill-istudenti fil-kisbiet tal-erba’ ħiliet.

Fl-istess sensiela

Nirrakkomandaw