Kull taqsima ta’ Tikka Malti 4b titlaq minn idjoma bħal “ta’ taħt fuq” u “f’ħakka t’għajn”. Niltaqgħu ma’ iktar karattri fittizji u veri, oħrajn mill-mitoloġija Griega bħall-vjaġġatur Odissew. Kull taqsima hija maħsuba biex tħarreġ lit-tfal fl-erba’ ħiliet tal-Malti kif ukoll fil-grammatika u l-kultura f’kuntest. L-eżerċizzji f’kull taqsima huma ggradati biex hekk it-tfal jitħarrġu ftit ftit u bil-pass tagħhom. L-istampi u r-ritratti jgħinuhom jifhmu aħjar.
Il-ktieb huwa akkumpanjat b’diversi podcasts filwaqt li l-għalliema u l-ġenituri għandhom ukoll aċċess għal varjetà ta’ riżorsi utli.
Leanne Ellul
leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ.leanneellul.netAra aktar
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar