IXTRI
Kategoriji
X
-
Clare Azzopardi, Leanne Ellul,
Tikka Malti 4a
ta' : Clare Azzopardi, Leanne Ellul€6.75
ISBN:
9789990919721
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Sale
Qoxra:
paperback
Età:
6-10
Illustratur:
Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 72
About This Book
Tikka Malti tkompli bil-kotba għar-raba’ sena tal-primarja.
Permezz ta’ Tikka Malti 4a l-istudenti jkomplu jitħarrġu fl-erba’ ħiliet tal-Malti — il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — imħaddma f’temi differenti. Kull taqsima f’Tikka Malti 4a titlaq minn qawl u tlaqqagħna ma’ karattri fittizji bħal Ċawl Ċawlun, u Damien u Tara, u personaġġi bħal Kristofru Kolombu, Florence Nightingale u Sally Ride. Minbarra l-qari fittizju u mhux fittizju, il-kitba kreattiva u l-eżerċizzji fit-taħdit u s-smigħ, Tikka Malti 4a jindirizza wkoll l-oqsma tal-grammatika u l-kultura f’kuntest.
Il-ktieb huwa akkumpanjat b’podcasts ta’ taqbiliet, stejjer, djalogi u intervisti, fost l-oħrajn. L-għalliema u l-ġenituri għandhom ukoll aċċess għal numru ta’ riżorsi utli.
ISBN: 9789990919721
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 72

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile

leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ.
leanneellul.net
View Profile
Nirrakkomandaw