IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Leanne Ellul,

Tikka Malti 3b

ta' : Clare Azzopardi, Leanne Ellul

6.25

Kopji:
ISBN: 9789990919301
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 0-7
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 72
Tikka Malti 3a u Tikka Malti 3b huma ż-żewġ kotba fit-tielet livell, għat-tielet sena tal-primarja. Tikka Malti 3b ikompli fejn ħalla Tikka Malti 3a. Huwa ktieb ta' taħriġ fil-Malti b'mod iggradat u b'eżerċizzji li jogħġbu lit-tfal. Jiffoka fuq temi differenti permezz tal-erba' ħiliet tal-lingwa. Jiffamiljarizza lit-tfal ma' kif ikun imqassam ktieb, id-dinja differenti tad-draguni u d-dinosawri u fuq kif għandna nqassmu l-iskart, fost temi oħrajn. Filwaqt li jħarriġhom fl-oqsma tal-grammatika u l-punteġġjatura f'kuntest, ilaqqagħhom ukoll ma' ġeneri differenti ta' kitba u l-kultura. Il-ktieb huwa wkoll akkumpanjat b'podcasts li jvarjaw minn kanzunetti u taqbiliet sa stejjer fittizji u le. Marbutin miegħu hemm ukoll riżorsi oħrajn għall-għalliema u għall-ġenituri.

ISBN: 9789990919301
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2016
Paġni: 72

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ. leanneellul.net
    View Profile
    View Pdf