IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Leanne Ellul,

Tikka Malti 3a

ta' : Clare Azzopardi, Leanne Ellul

6.25

Kopji:
ISBN: 9789990919295
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 0-7
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 72
Tikka Malti 3a u Tikka Malti 3b huma ż-żewġ kotba fit-tielet livell, għat-tielet sena tal-primarja. Tikka Malti 3a huwa mqassam f'temi u ma' kull tema nsibu l-erba' ħiliet: il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ. Huwa permezz tal-ħiliet li t-tfal jitħarrġu fl-oqsma tal-grammatika u l-kultura, fost l-oħrajn. Insibu siltiet fittizji u mhux fittizji. Kemm it-taħriġ il-fehem kif ukoll il-kitba kreattiva huma ggradati, ippreżentati mill-eħfef għall-itqal biex it-tfal jitjiebu fis-suġġett bil-pass tagħhom. Dan jagħmluh b'mod mill-aktar kreattiv. Fost it-temi nsibu: djar differenti, dawra mad-dinja u għadd ta' ħaddiema. Il-ktieb huwa wkoll akkumpanjat b'podcasts u b'riżorsi oħrajn għall-għalliema u għall-ġenituri.

ISBN: 9789990919295
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2016
Paġni: 72

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ. leanneellul.net
    View Profile
    View Pdf