IXTRI
Kategoriji
X
-
Clare Azzopardi, Leanne Ellul,
Tikka Malti 2b
ta' : Clare Azzopardi, Leanne Ellul€5.95
ISBN:
9789990915549
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Sale
Qoxra:
paperback
Età:
0-7
Illustratur:
Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2015
Paġni : 64
About This Book
Tikka Malti 2a u Tikka Malti 2b huma ż-żewġ kotba fit-tieni livell, għat-tieni sena tal-primarja.
L-għan ta' Tikka Malti 2b huwa li jorbot ma' Tikka Malti 2a, u jħejji t-triq għal ta' warajh. Bħall-kotba kollha f'din is-sensiela, it-tagħlim tal-Malti qed jiġi ppreżentat b'mod kreattiv sabiex it-tfal jitgħallmu filwaqt li jieħdu gost. It-temi jvarjaw mill-kuluri san-numri, mill-annimali sas-sajf … It-tagħlim isir permezz tal-erba' ħiliet tal-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — dan tal-aħħar anke bl-użu ta' podcasts — flimkien ma' riżorsi oħra għall-għalliema u l-ġenituri li jgħinu l-Malti jiġi mgħallem f'kuntest.
Tikka Malti 2b jinkludi numru ta' podcasts kif ukoll sett ta' riżorsi supplimentari bla ħlas.
ISBN: 9789990915549
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2015
Paġni: 64

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile

leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ.
leanneellul.net
View Profile
Nirrakkomandaw