IXTRI

  • img-book

    Leanne Ellul, Clare Azzopardi,

Tikka Malti 2a

ta' : Leanne Ellul, Clare Azzopardi

6.25

Kopji:
ISBN: 9789990919820
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 0-7
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2015
Paġni : 64
About This Book

Edizzjoni aġġornata skont is-sillabu ġdid tal-Malti, u t-taħriġ kollu fil-ħiliet huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOs)

Tikka Malti 2a u Tikka Malti 2b huma ż-żewġ kotba fit-tieni livell, għat-tieni sena tal-primarja.

Is-sensiela Tikka Malti twassal il-Malti lit-tfal b’mod innovattiv u divertenti.
It-temi f’dan il-ktieb huma temi li jolqtuhom bħal: jien u l-familja, id-dar tiegħi u l-kuluri. Dawn jiġu indirizzati permezz ta’ eżerċizzji bbażati fuq l-erba’ ħiliet — il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — bl-għajnuna ta’ podcasts u materjal supplementari ieħor. Il-ktieb fih ukoll diversi eżerċizzji grammatikali u oħrajn iffukati fuq kliem bl-istess forma.

Bilħaqq, Dino u Dina se jkunu hemm ukoll! Dan il-ktieb huwa għodda pedagoġika unika mfassla fid-dawl tas-sillabu l-ġdid. Ma’ kull taqsima hemm abbinati l-punti mill-programm tal-metalingwa biex b’hekk l-għalliema kif ukoll il-ġenituri jkunu jafu liema minn dawn ikunu ntlaħqu.

L-Aġenzija Sapport ħolqu riżorsi marbuta ma’ dan il-ktieb (fil-verżjoni oriġinali), biex jintużaw minn studenti neqsin mis-smigħ. Dawn ir-riżorsi tista’ ssibhom hawnhekk.

ISBN: 9789990919820
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2015
Paġni: 64

  • Reċensjonijiet(0)
  • leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ. leanneellul.net
    View Profile
    Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf