IXTRI
Kategoriji
X
-
Clare Azzopardi, Leanne Ellul,
Tikka Malti 1b
ta' : Clare Azzopardi, Leanne Ellul€5.95
ISBN:
9789990916003
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Sale
Qoxra:
paperback
Età:
0-7
Illustratur:
Erin Taylor
Pubblikazzjoni : 2014
Paġni : 64
About This Book
Tikka Malti 1a u Tikka Malti 1b huma ż-żewġ kotba fl-ewwel livell, għall-ewwel sena tal-primarja.
Dan il-ktieb ikompli fejn ħalla Tikka Malti 1a, u Dino u Dina jerġgħu jieħdu lit-tfal dawra ma' għaxar temi ġodda fosthom l-ispazju, il-forom, in-numri, il-ħwejjeġ u t-temp. Kull tema għandha marbuta magħha stampa biex jitkellmu fuqha, sett ta' kliem u numru ta' eżerċizzji mfassla apposta skont is-sillabu. Bis-saħħa ta' dawn it-temi t-tfal se jkollhom ċans jipprattikaw l-erba' ħiliet — il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — u jsiru konxji ta' xi punti grammatikali bħall-artiklu u l-aġġettivi.
Tikka Malti 1b jinkludi numru ta' podcasts kif ukoll sett ta' riżorsi supplimentari bla ħlas.
L-ittri tal-alfabett jinsabu fil-ktieb Tikka Malti l-abċ, u l-ewwel għaxar temi f'dan il-livell jinsabu fil-ktieb Tikka Malti 1a.
ISBN: 9789990916003
Illustratur: Erin Taylor
Pubblikazzjoni: 2014
Paġni: 64

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile

leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ.
leanneellul.net
View Profile
Nirrakkomandaw