Availability: In Stock

Tikka Malti 1a

Leanne Ellul Clare Azzopardi
SKU: 9789918240159

5.95

Compare
ISBN: 9789918240159
Kategorija:
Qoxra: paperback
Etajiet:
Illustratur: Erin Taylor
Data tal-pubblikazzjoni : 2023
Numru ta’ paġni : 64
Tags: ,

Edizzjoni aġġornata skont is-sillabu l-ġdid tal-Malti, u t-taħriġ kollu fil-ħiliet huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOs)

Tikka Malti 1a u Tikka Malti 1b huma ż-żewġ kotba fl-ewwel livell, għall-ewwel sena tal-primarja, wara Tikka Malti l-abċ.

Is-sensiela Tikka Malti twassal il-Malti lit-tfal b’mod innovattiv u divertenti. It-temi f’Tikka Malti 1a huma temi li jolqtuhom bħal: jien, il-familja, l-iskola, il-kuluri, il-ġugarelli u d-dar. Dawn jiġu indirizzati permezz ta’ eżerċizzji bbażati fuq l-erba’ ħiliet — il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ — bl-għajnuna ta’ podcasts u materjal supplimentari ieħor.

Il-ktieb fih ukoll diversi eżerċizzji grammatikali u oħrajn iffukati fuq kliem bl-istess forma bħal: KV, KVK, KVKV, KVKVK, KVKKV.

Dan il-ktieb huwa għodda pedagoġika unika mfassla fid-dawl tas-sillabu l-ġdid. Ma’ kull taqsima hemm abbinat il-programm tal-metalingwa biex b’hekk l-għalliema kif ukoll il-ġenituri jkunu jafu liema kisbiet intlaħqu.

Bilħaqq, Dino u Dina se jkunu hemm ukoll!

L-ittri tal-alfabett jinsabu fil-ktieb Tikka Malti l-abċ.

Fl-istess sensiela

Nirrakkomandaw