Availability: In Stock

Tifkira ta’ Milied

Truman Capote Translator : Ludvic Azzopardi Ferrando
SKU: 9789918240432

9.95

Compare
ISBN: 9789918240432
Etajiet:
Illustratur: Beth Peck
Data tal-pubblikazzjoni : 2023
Numru ta’ paġni : 48
Tags: , , ,

“Buddy, ajru tal-kejkijiet tal-frott dan!”

Hekk jibda l-kapolavur nostalġiku ta’ żmien il-Milied miktub minn Truman Capote dwar Buddy, tifel ta’ seba’ snin u l-kuġina eċċentrika u mdaħħla fiż-żmien tiegħu, u r-ritwal tagħhom li fi żmien il-Milied jaħmu l-kejkijiet tal-frott. Ritwal li jissimbolizza l-imħabba sinċiera tagħhom għal xulxin.

Ibbażat fuq it-tfulija ta’ Truman Capote f’belt rurali f’Alabama tas-snin tletin, Tifkira ta’ Milied huwa stampa li tibqa’ fiż-żmien ta’ ħbiberija dejjiema, iżda kurjuża, ta’ żewġ persuni innoċenti — wieħed żgħir, l-oħra anzjana — u l-memorji li jibnu flimkien tul dak il-perjodu speċjali.

Bl-illustrazzjonijiet ta’ Beth Peck, bl-użu tal-akkwarell u l-linka, li jfakkru perfettament fis-sentimentalità mingħajr żmien tat-test, Tifkira ta’ Milied jintroduċi lill-qarrejja Maltin għal wieħed mill-klassiċi tal-letteratura Amerikana.

Edizzjoni b’qoxra iebsa

Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Nirrakkomandaw