IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi

Terramaxka 6

ta' : Clare Azzopardi

8.50

Kopji:
ISBN: 9789990913927
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Luca Cauchi, Lisa Falzon
Pubblikazzjoni : 2011
Paġni : 64
Dan il-ktieb se jgħinek ittejjeb il-ħiliet tat-taħdit u s-smigħ. Fih se ssib 20 podcast u ma' kull wieħed hemm marbuta eżerċizzji sempliċi u differenti li jgħinuk tifhem iktar dak li tkun smajt. Is-siltiet huma kollha siltiet differenti. Uħud minnhom meħuda minn sitwazzjonijiet komuni li nistgħu niltaqgħu magħhom kuljum. Ftit minnhom huma stejjer minn kotba u oħrajn huma stejjer mhux fittizji. Għandek issib ukoll xi rapport tat-temp, programm fuq ir-radju jew fuq it-televixin u xi diskussjonijiet. Apparti l-podcasts u l-mistoqsijiet marbuta magħhom, għandek issib ukoll sett ta' stampi li jgħinuk biex titħaddet ma' sħabek, mal-għalliema jew mal-ġenituri. Kull taqsima tħarrġek kemm fis-smigħ kif ukoll fit-taħdit u l-istampi jgħinuk tistaqsi, tiddiskuti, tqabbel, tanalizza u toħloq storja. Fost l-eżerċizzji marbuta mal-ħila tas-smigħ għandek issib: Staqsi Int, Stampa dwar Tema, Stampa Storja, Qabbel żewġ Stampi, Stampa Weħedha. Jekk inti fis-sitt sena tal-iskola primarja, dan il-ktieb huwa tajjeb għalik.

ISBN: 9789990913927
Illustratur: Luca Cauchi
Pubblikazzjoni: 2011
Paġni: 64

  • Reċensjonijiet(0)
  • ISBN: 9789990913927
    Illustratur: Lisa Falzon
    Pubblikazzjoni: 2011
    Paġni: 64

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf