IXTRI
Kategoriji
X
-
Clare Azzopardi
Terramaxka 6 (bin-Noti għall-Għalliema)
ta' : Clare Azzopardi€8.25
ISBN:
9789990913941
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Riżorsi għall-Għalliema, Sale
Qoxra:
paperback
Età:
6-10
Illustratur:
Luca Cauchi, Lisa Falzon
Pubblikazzjoni : 2011
Paġni : 64
About This Book
Din hija l-edizzjoni tal-ktieb li tinkludi ktejjeb bin-Noti għall-Għalliema
Dan il-ktieb se jgħin lill-istudenti tas-sitt sena tal-iskola primarja jtejbu l-ħiliet tat-taħdit u s-smigħ.
Fih se ssib 20 podcast u ma' kull wieħed hemm marbuta eżerċizzji sempliċi u differenti. Is-siltiet ivarjaw minn sitwazzjonijiet komuni, stejjer minn kotba, stejjer mhux fittizji, rapport tat-temp, programm fuq ir-radju jew fuq it-televixin u xi diskussjonijiet.
Apparti l-podcasts u l-mistoqsijiet marbuta magħhom, hemm ukoll sett ta' stampi li jgħinu lill-istudenti biex jitħaddtu. Kull taqsima tħarreġ kemm fis-smigħ kif ukoll fit-taħdit. Fost l-eżerċizzji marbuta mal-ħila tas-smigħ hemm: Staqsi Int, Stampa dwar Tema, Stampa Storja, Qabbel żewġ Stampi, Stampa Weħedha.
Il-ktejjeb għall-ġenituri u l-għalliema joffri ideat kif wieħed jista' jagħmel użu mill-eżerċizzji, u fih eżempji prattiċi li jistgħu jintużaw kemm fil-lezzjoni tat-taħdit kif ukoll dawk tas-smigħ. L-20 silta li l-istudenti se jisimgħu matul is-sena, jinsabu wkoll fil-ktejjeb. Hemm ukoll it-tweġibiet għall-eżerċizzji tas-smigħ.
ISBN: 9789990913941
Illustratur: Luca Cauchi
Pubblikazzjoni: 2011
Paġni: 64
ISBN: 9789990913941
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni: 2011
Paġni: 64

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile
Nirrakkomandaw