IXTRI

  • img-book

    Roberta Bajada

Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw | eBook

ta' : Roberta Bajada

5.00

Kopji:
ISBN: 9789990918892
Qoxra: eBook
Età: 9-14, 13-18
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 200

verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.   Rebbieħ tal-Konkors ta' Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ (Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ) Ruħ Gonsalvo Borg Buttigieg kienet fuq tarġa numru 77,777 tal-Ġenna, tistenna u titbaqbaq ma' dak li kien qed isejjaħ lilu nnifsu "Il-Gwardjan tal-Bibien Imqaddsa". Imma fuq l-għatba kien se jibqa'. Iż-żagħżugħ, liebes suit bajda, u li ma kien jixbah xejn lil San Pietru bl-imfietaħ, qallu: "Ir-raġġiera m'intix se teħodha għalissa, għax sejjer lura fid-dinja mnejn ġejt. Unfinished business, Gonsalvo. Każijiet hekk dejjem jintbagħtu lura …" Gonsalvo ħa nifs ’il ġewwa u beda nieżel is-77,777 tarġa lura lejn id-dinja tal-ħajjin, did-darba bħala ruħ inviżibbli. U l-missjoni tiegħu kienet ċara: jiskopri min kien qatlu, u għaliex. Mnejn se jibda? Iż-żagħżugħ tas-suit bajda tah punt tat-tluq: isib lil Miki Borg, tifel ta' għaxar snin. Hu biss seta' jgħinu jakkwista r-raġġiera.

Roberta Bajada Imwielda San Ġiljan, Roberta (jew ‘Bobbie’ għall-qraba u ħbieb), minn dejjem kienet taf li trid tgħallem, titgħallem u tikteb. L-ewwel kapulavur letterarju tagħha, f’forma ta’ pitazz mimli tbajja’ u stejplers, inkiteb meta kellha biss tmien snin u għadu ppreservat qalb il-komiks li ħolqot matul iż-żmien għar-rivista Sagħtar, fost oħrajn. Tħobb tiġri ħafja mad-dar (u fil-proċess tispiċċa tkisser subgħajha mal-għamara), issiefer, titgeddes mal-kelba u tiekol is-sushi.

View Profile
View Pdf