-
Roberta Bajada
verżjoni eBook
Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.
Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ (Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ)
Ruħ Gonsalvo Borg Buttigieg kienet fuq tarġa numru 77,777 tal-Ġenna, tistenna u titbaqbaq ma’ dak li kien qed isejjaħ lilu nnifsu “Il-Gwardjan tal-Bibien Imqaddsa”.
Imma fuq l-għatba kien se jibqa’.
Iż-żagħżugħ, liebes suit bajda, u li ma kien jixbah xejn lil San Pietru bl-imfietaħ, qallu:
“Ir-raġġiera m’intix se teħodha għalissa, għax sejjer lura fid-dinja mnejn ġejt. Unfinished business, Gonsalvo. Każijiet hekk dejjem jintbagħtu lura …”
Gonsalvo ħa nifs ’il ġewwa u beda nieżel is-77,777 tarġa lura lejn id-dinja tal-ħajjin, did-darba bħala ruħ inviżibbli. U l-missjoni tiegħu kienet ċara: jiskopri min kien qatlu, u għaliex. Mnejn se jibda? Iż-żagħżugħ tas-suit bajda tah punt tat-tluq: isib lil Miki Borg, tifel ta’ għaxar snin.
Hu biss seta’ jgħinu jakkwista r-raġġiera.