IXTRI

  • img-book

    Suzanne Wadge

Teleskopju 5

ta' : Suzanne Wadge

9.95

Kopji:
ISBN: 9789990919752
Qoxra: Paperback
Età: 6-10
Illustratur: Naomi Gatt
Pubblikazzjoni : 2022
Paġni : 112
Teleskopju 5 huwa ktieb ta’ taħriġ il-fehem ibbażat fuq is-sillabu l-ġdid u t-taħriġ kollu huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOs) tal-Malti għall-ħames sena tal-primarja. L-għan prinċipali ta’ dan il-ktieb huwa li jħarreġ lill-istudenti fil-komprensjoni permezz ta’ testi tal-qari u tas-smigħ. Ħafna mit-testi huma magħżulin minn kotba addattati biex iħajru t-tfal ikomplu jaqraw. Flimkien ma’ numru ta’ riżorsi u għodod oħrajn, jgħin lill-istudenti jissaħħu fil-ħiliet indirizzati fis-sillabu: qari, smigħ u taħdit. Teleskopju 5 jlaqqagħhom ukoll ma’ għadd ta’ ġeneri differenti fosthom dawk fittizji u mhux, karattri interessanti u temi attwali u kurrenti. Il-ktieb huwa akkumpanjat minn filmati u podcasts apposta biex l-istudenti jiddiskutu ma’ sħabhom tal-klassi, f’pari jew fi gruppi, jippreżentaw xogħolhom u jaħsbu b’mod kritiku. Dan il-ktieb maħdum skont is-sillabu l-ġdid tal-Malti, u t-taħriġ kollu fil-ħiliet huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOs).

ISBN: 9789990919752
Illustratur: Naomi Gatt
Pubblikazzjoni: 2022
Paġni: 112

  • Reċensjonijiet(0)
  • Suzanne tgħix ħajja doppja — għalliema binhar u kantanta meta jidlam. Temmen li l-massimu fil-ħajja meta tqatta’ iżjed ħin taqra, tivvjaġġa, tfittex l-avventura, tmur ġirjiet mal-kelb u tara x-xemx nieżla … u inqas ħin moħli fl-affarijiet ta’ rutina. Suzanne għandha passjoni għal-letteratura u t-tagħlim, u tħobb taħtaf sfidi ġodda meta jitfaċċaw quddiemha.
    View Profile
    View Pdf