Shop

  • img-book

    Clare Azzopardi

Tebut Isfar

by : Clare Azzopardi

12.95

Quantity:
ISBN: 9789918240036
Category: ,
Cover: paperback
Age: adults
Publication Date : 2022
Page Count : 96
Dan id-dramm jittratta r-rutini sempliċi u eċċentriċi ta’ Ġorġ u bintu Yasmina; rutini mibnija fuq il-memorji u s-sigrieti midfuna fil-garaxx li jgħixu fih. Mal-wasla ta’ Phyllis li trid tordna tebut isfar, jasal ukoll Gustav li jrid jixtri l-garaxx biex jibdlu f’boutique hotel. Imma Ġorġ u Yasmina la jafu u lanqas iridu jħallu warajhom snin twal ta’ ferħ u niket biex jibdew kollox mill-ġdid fi flett ieħor, f’belt oħra. Tebut Isfar telaq minn tema attwali ħafna — dik tal-ġentrifikazzjoni tal-Belt Valletta. Imma ma jesplorax biss din it-tema jew it-tema tat-torrijiet m’għola s-smewwiet. Iħaddan fuq kollox it-tema tal-fraġilità, u taż-żgħar li jisfgħu dejjem jinbelgħu mill-kbar; tal-memorji l-iktar għeżież tagħna li naraw kif u fejn se naqfluhom biex qatt ma jitilquna. U aktarx, jitilquna (jew jeħduhomlna) xorta. Imtella’ għall-ewwel darba fl-2018 minn Unifaun Theatre Productions, b’direzzjoni ta’ Marcelle Teuma Ir-ritratt tal-qoxra ta’ Christine J. Muscat-Azzopardi
Clare Azzopardi  lives in a 400-year old house. She spends a lot of time reading and writing stories for children and adults, unless she’s teaching, that is. She is the Head of Department of Maltese at Junior College. Her books have won several awards and her work has been translated into other languages. clareazzopardi.com
View Profile

“Id-dramm ta’ Azzopardi jiżviluppa b’battuti ċerti, waħda wara l-oħra, għat-tmiem traġiku u neċessarjament prevedibbli li jħalli mistoqsija kbira mdendla u sens ta’ dwejjaq u inkapaċità lejn it-tiswir ta’ destin ieħor … Tema … li f’Azzopardi tieħu xejra kkontrollata għall-aħħar bir-ripetizzjoni puntwali tax-xbihat tal-mewt u l-makabru li jidħlu qishom xejn fl-atti żgħar tal-ħajja ta’ kuljum”
reċensjoni ta’ Mark Vella fl-Illum: Reżistenza

View Pdf