About This Book
Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Ktieb bl-istampi ġdid mid-duo Noel Tanti u Matt Stroud
Stiefnu jqum kmieni kmieni qabel ix-xemx biex jaħmi l-ħobż. Filgħaxija, ftit qabel ma jagħlaq, it-tfal jiġu bi ħġarhom fil-ħanut tiegħu. Lil Stiefnu dejjem isibuh miksi bid-dqiq u mimli bl-istejjer.
Bejn gidma ħobż u gidma biskuttell, it-tfal jintilfu fl-avventuri mal-furnara qalbiena tal-passat.