“L-interventi ta’ Schembri joħolqu assalt sħiħ kontra pajjiż li l-fusien tiegħu huma lubrikati bl-ipokrisija, in-nepotiżmu u l-korruzzjoni” – Mario Azzopardi
Għoxrin sena mill-ewwel edizzjoni ta’ Taħt il-Kappa tax-Xemx, f’din l-edizzjoni ġdida l-ktieb kult ta’ Karl Schembri li tefa’ s-soċjetà kollha fuq is-siġġu tal-akkużat, f’każ li għadu miftuħ beraħ illum daqskemm kien meta ħareġ l-ewwel darba.
Mark Micallef huwa ġurnalist impenjat, imma wkoll ġurnalist sturdut. Tal-inqas l-editur tiegħu mal-ġurnal Ix-Xemx hekk jaħseb, u talbu jieħu ftit ġimgħat frank biex jiġi f’tiegħu.
Għax kif jaqbad jispjega li r-rapport li deher b’ismu ma kienx tiegħu? Jew l-Gvern Malti qed iħaffer mina sigrieta? Dawn huma l-istqarrijiet tal-ġurnalist li, fit-tfittxija tiegħu għall-verità, sab ruħu maqbud f’nofs l-istejjer li kien qed jirrapporta.
Karl Schembri
Karl Schembri huwa l-awtur ta’ rumanzi, novelli u poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż. Xogħlijiet tiegħu ġew tradotti u ppubblikati bl-Għarbi, l-Ispanjol, il-Franċiż u r-Rumen. Ex-ġurnalist, qatta’ erba’ snin fl-Istrixxa ta’ Gaża, l-ewwel jaħdem ma’ aġenzija tal-aħbarijiet Palestinjana u mbagħad bħala uffiċjal tal-midja mal-Oxfam. Preżentement jgħix f’Amman, il-Ġordan, ma’ martu Simine, mal-qtates Mario u Munzer, u mal-kelb Mitti. Jaħdem bħala konsulent tal-midja għal-Lvant Nofsani mal-Kunsill Norveġiż għar-Rifuġjati, xogħol li jieħdu f’uħud mill-aktar postijiet ta’ kunflitt mixgħul fosthom is-Sirja, il-Jemen, il-Palestina, l-Iraq u l-Libanu.
(ritratt: Simine Alam)Ara aktar
“Karl kien ra ’l bogħod, nerġa’ nikkonferma … Il-qari mill-ġdid tagħhom, snin wara li ħarġu l-ewwel darba, mhux biss jikkonferma l-kwalità intrinsika tax-xogħol, iżda jiftaħ bibien interessanti u importanti dwar il-kontenuti u l-attitudnijiet. Fil-qosor … Kappa jbassar u jħabbar qagħdiet, kważi bi preċiżjoni klinika, li llum saru l-ħobżna ta’ kuljum malli niftħu għajnejna għal jum ieħor.”
— Reċensjoni ta’ Mark Vella fl-Illum: Noti għall-futur qrib
“Taħt il-Kappa tax-Xemx is one of those books that blew my mind when I first read it some 20 years ago … I really envy those who are reading it for the first time.
“My advice is not to take this book at face value and to dig a bit deeper … But the beauty of Taħt il-Kappa tax-Xemx is that even if you take it at face value, the ride will be a rewarding one. When all is said and done, no matter what you choose to take from it, Taħt il-Kappa is a damned hilarious read.”
— Reċensjoni ta’ Ramona Depares fuq ramonadepares.com: The book that proves Malta never changes
“With hindsight, Taħt il-kappa tax-xemx appears almost ‘prophetic’, in some respects. One of the stories is about a proposed golf-course right next to Ġgantija temples; another (It-Torri tal-Kummerċ) accurately foreshadows the mad scramble for high-rise, in the wake of the Portomaso Hilton Tower.”
— Intervista ma’ Karl Schembri fil-MaltaToday: Nothing new under the sun