IXTRI

  • img-book

    Simone Spiteri

Storikus 1 bil-Malti

ta' : Simone Spiteri

19.00

Kopji:
ISBN: 9789990913606
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 2010
Paġni : 168
Storikus 1 huwa l-ewwel volum f'sensiela ta' kotba tal-Istorja għas-sekondarja. Diversi aspetti mill-istorja ta' Malta, miż-żmien Preistoriku sal-wasla tal-Għarab, huma ppreżentati kronoloġikament b'mod informattiv, interessanti u ħolistiku. Ix-xogħol u attivitajiet li fih, jagħtu lok lill-għalliema u l-istudenti għal djalogu, riċerka u dibattitu. Kull Taqsima tinkludi wkoll word banks, reviżjoni fil-qosor, kaxxi ta' fatti relatati mal-lezzjoni, bijografiji qosra ta' karattri storiċi prinċipali, multiple choice tests, eżerċizzji u mistoqsijiet, logħob, spunti għal iżjed riċerka u proġetti, ritratti, illustrazzjonijiet, mapep u timelines. Fis-sensiela hemm ukoll Storikus 2 bil-Malti, kif ukoll il-verżjonijiet bl-Ingliż, Storikus 1: the English edition Storikus 2: the English edition.

Simone Spiteri bdiet tikteb id-drammi (qosra u fuq typewriter imkissra li sabet taħt it-taraġ tan-nanna) meta kienet għadha tifla żgħira. Minn dak iż-żmien l’hawn kompliet taħdem u tikteb għat-teatru u tgħallem studenti ta’ kull età. Ftit tas-snin ilu bdiet tikteb ukoll textbooks tal-Istorja u riċentament (wara ħafna snin) għamlet ftit kuraġġ u kitbet l-ewwel ktieb tagħha li biex jieħu l-ħajja m’għandux bżonn atturi, rehearsals u ħafna ġimgħat bla rqad.

View Profile
View Pdf