-
Simone Spiteri
Storikus 1 huwa l-ewwel volum f’sensiela ta’ kotba tal-Istorja għas-sekondarja. Diversi aspetti mill-istorja ta’ Malta, miż-żmien Preistoriku sal-wasla tal-Għarab, huma ppreżentati kronoloġikament b’mod informattiv, interessanti u ħolistiku. Ix-xogħol u attivitajiet li fih, jagħtu lok lill-għalliema u l-istudenti għal djalogu, riċerka u dibattitu.
Kull Taqsima tinkludi wkoll word banks, reviżjoni fil-qosor, kaxxi ta’ fatti relatati mal-lezzjoni, bijografiji qosra ta’ karattri storiċi prinċipali, multiple choice tests, eżerċizzji u mistoqsijiet, logħob, spunti għal iżjed riċerka u proġetti, ritratti, illustrazzjonijiet, mapep u timelines.
Fis-sensiela hemm ukoll Storikus 2 bil-Malti, kif ukoll il-verżjonijiet bl-Ingliż, Storikus 1: the English edition u Storikus 2: the English edition.