IXTRI

  • img-book

    Antoinette Borg

Stilel fl-istalel

ta' : Antoinette Borg

10.95

Kopji:
ISBN: 9789990919578
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14, 13-18
Illustratur: Nicole Diacono
Pubblikazzjoni : 2021
Paġni : 224
X’naqbad ngħidlek fuq dal-ktieb? Jinten. Riħa ta’ żwiemel, ta’ ħrieqi, ta’ demel u ta’ ilma maħmuġ. Imma jfuħ ukoll. Riħa tal-kampanja: fjuri, siġar, arja friska. Dħaħen xejn. Għax issa qegħdin l-Imġarr. Tad-daħq. Għax dawn tal-familja Bonnici fihom tip. (U l-kittieba wkoll, trid iddaħħaq!) Tal-biki. Għax dik ix-xena xokkanti li sabu ma’ wiċċhom Thomas u Chloe ma tistax tiddeskriviha mod ieħor. Tal-biża’. Għax ma tistax ma tibżax, quddiem raġel ixejjer is-senter lejk … lest biex jispara! Din hi l-istorja ta’ familja li minn belt tbaqbaq bin-nies tmur tgħix f’razzett taż-żwiemel fil-baħħ tal-kampanja. Però meta jaħrab żiemel, u l-aħwa Bonnici jsibu ruħhom f’razzett ta’ ħaddieħor, dak li jaraw ikexkixhom, u jindunaw li l-ħajja qalb l-għelieqi mhix trankwilla daqskemm immaġinaw …

ISBN: 9789990919578
Illustratur: Nicole Diacono
Pubblikazzjoni: 2021
Paġni: 224

  • Reċensjonijiet(0)
  • Kap. 1: Antoinette titgħallem taqra ta’ erba’ snin. Tiġġennen fuq il-kotba.

    Kap. 2: L-iskola tħobb tikteb il-poeżiji, tidħaq biċ-ċajt vojt, u sħabha jlaqqmuha “Entużjażmu”. Toħlom li xi darba tikteb ktieb.

    Kap. 3: Antoinette tisserja, issir accountant u tibni karriera bħala konsulenta. Intant, tiltaqa’ ma’ Brian, jinħabbu u jiżżewġu.

    Kap. 4: Antoinette issir omm, tibda tirrakkonta l-istejjer lit-tfal, u tiftakar li xi darba kellha tikteb ktieb.

    Kap. 5: Tikteb ktieb u ssemmih Fittixni.

    Kap. 6: Tikteb it-tieni wieħed, irebbaħha premju, u tibda t-tielet.

    Kap. 7: Ikompli …

    View Profile
    View Pdf