IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra, Clare Azzopardi,

Stilel 6

ta' : Trevor Żahra, Clare Azzopardi

6.50

Kopji:
ISBN: 9789990912715
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2008
Paġni : 88
Stilel 6 hu mimli stejjer maġiċi, oħrajn informattivi, stejjer tad-daħk u oħrajn ftit inqas tad-daħk, leġġendi Maltin u oħrajn Ewropej. Dan il-ktieb fih ukoll eżerċizzji interessanti li jgħinuk tħaddem l-immaġinazzjoni tiegħek. Tista' tingħaqad għall-aħħar darba ma' Tepp u Tipa u taqra ħafna, tikteb ħafna, titħaddet ħafna, tisma' ħafna u taħdem eżerċizzji grammatikali wkoll. Tibża' xejn! M'hawn xejn tad-dwejjaq f'dan il-ktieb. Anzi, fih se tiltaqa' żgur ma' ħafna karattri simpatiċi. Jekk trid tkun taf min kien Mikiel Anton Vassalli u għaliex weħel il-ħabs, min kienu Żgugina u n-nanna Spina, iftaħ dan il-ktieb, ibda aqra u aħdem dak li jgħidulek Tepp u Tipa. Ħu gost!

ISBN: 9789990912715
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2008
Paġni: 88

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf