IXTRI
Kategoriji
X
-
Trevor Żahra, Clare Azzopardi,
Stilel 5
ta' : Trevor Żahra, Clare Azzopardi€6.50
ISBN:
9789990913521
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Sale
Qoxra:
paperback
Età:
6-10
Illustratur:
Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2007
Paġni : 88
About This Book
Idħol fil-klabb ta' Tepp u Tipa billi timla formola ppreparata apposta għalik u ħu sehem fl-attivitajiet li se ssib fi Stilel 5.
Dan il-ktieb huwa mimli ħrejjef, stejjer u poeżiji sbieħ, attivitajiet li permezz tagħhom tista' titħarreġ aktar fil-kitba bil-Malti, fit-taħdit, fis-smigħ u fil-grammatika Maltija. Għandek issib ukoll informazzjoni fuq il-kultura Maltija u fuq diversi poeti u kittieba Maltin. Barra minn hekk, f'dan il-ktieb se ssib ukoll parti minn storja tal-famuż Roald Dahl maqluba għall-Malti.
U tinsiex l-istilel! Kemm se jirnexxilek iġġemma' int u taħdem il-ktieb?
ISBN: 9789990913521
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2007
Paġni: 88

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile
Nirrakkomandaw