IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra, Clare Azzopardi,

Stilel 4

ta' : Trevor Żahra, Clare Azzopardi

6.50

Kopji:
ISBN: 9789990913514
Kategorija:
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2007
Paġni : 88
L-attivitajiet ta' Stilel 4 għandhom jgħinuk fit-tagħlim tal-Malti. Dan il-ktieb huwa mimli stejjer, ħrejjef, eżerċizzji marbuta mal-kitba u mal-kultura, logħob marbut mal-grammatika, u bosta attivitajiet oħra li lilek jistgħu jgħinuk tissaħħaħ fil-lingwa Maltija. Bħas-snin l-ohra, Tepp u Tipa se jerġgħu jkunu miegħek u jekk ma jkunux ta' għajnuna biżżejjed, tinsiex li hemm l-għalliema tiegħek, il-ġenituri, ħutek il-kbar, in-nanniet u z-zijiet. Mela ħu din l-opportunità u ibda ilgħab il-logħob li hemm f'dan il-ktieb u ara kemm jirnexxilek iġġemma' stilel. Ħu gost!

ISBN: 9789990913514
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2007
Paġni: 88

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf