IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra, Clare Azzopardi,

Stilel 2

ta' : Trevor Żahra, Clare Azzopardi

6.50

Kopji:
ISBN: 9789990913316
Kategorija:
Qoxra: paperback
Età: 0-7
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2003
Paġni : 88
Jekk għandek madwar 6 snin dan il-ktieb huwa għalik. Fih ħafna logħob, stejjer u attivitajiet li jgħinuk titgħallem filwaqt li tkun qed tieħu gost. Tepp u Tipa se jkunu qed jgħinuk u naturalment anki l-għalliema tiegħek jew il-ġenituri jew in-nanniet. Għaliex le? Xi drabi se jkollok tikteb, drabi oħra taqra u waqtiet oħra tpinġi. Nafu li tieħu gost tikteb, taqra u tpinġi. Mela dan il-ktieb żgur tajjeb għalik. U tinsiex, jekk ix-xogħol tagħmlu pulit, ikollok ħafna stilel! Ħu gost!

ISBN: 9789990913316
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2003
Paġni: 88

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf