Ħafna drabi, meta t-tfal jagħmlu xogħol tajjeb u pulit, l-għalliema jagħtuhom stilla. Aħna nittamaw li bis-saħħa ta’ din is-sensiela, it-tfal jirnexxilhom jakkwistaw mhux stilla waħda, imma ħafna.
L-għan ta’ dawn il-kotba huwa li t-tagħlim jiġi ppreżentat f’forma ta’ logħba, biex it-tfal jitgħallmu waqt li jieħdu gost. Kull ktieb jorbot ma’ ta’ qablu u jħejji t-triq għal ta’ warajh, b’hekk tinħoloq katina waħda li bil-mod il-mod twassal lit-tfal sas-sitt sena tal-iskola primarja.
Nittamaw li dawn il-kotba jkomplu jħeġġu l-kreattività tat-tfal u li l-għalliema jużawhom bħala l-punt tat-tluq għal xogħol usa’.
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar