IXTRI

  • img-book

    Matthew Schembri

Stessi | eBook

ta' : Matthew Schembri

5.00

Kopji:
ISBN: 9789990918885
Qoxra: eBook
Età: 13-18, adults
Pubblikazzjoni : 2018
Paġni : 240

verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.   Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ (Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb) X’tagħmel li kieku bħala rigal taqla’ kamera tar-ritratti vjola? Mhux tipprova tixgħelha, hux! Orrajt, tajjeb. Imma, tipprova kemm tipprova, l-iskrin jibqa’ ċappa waħda sewda. Wara li tixħitha qalb l-imbarazz biex tipprova tinsieha, titfaċċalek waħedha fil-basket tal-iskola. U wara ftit ġranet issib tliet stessi mixħutin fl-art ta’ kamartek li taħlef li ma tkunx ħadthom inti. Imma stessi isimhom magħhom — bilfors li inti tkun ħadthom. Imbagħad il-kamera tibda— Żomm … s’hawnhekk biss qed iħalluni ngħid. Il-ħajja ta’ Sven tibda tinbidel mal-kamera tal-istessi, sa ma ssir inkubu ta’ misteri oskuri minn ġenerazzjonijiet mgħoddija. Realtà waħda tibqa’ — li l-kamera ma tħalli xejn kif kien qabel.
Matthew Schembri kwiet imma m’għandux kwiet: dejjem jaħseb, jaqra, jistudja, jirriċerka … u  jitkellem mal-kelb u l-qattusa tiegħu. Meta ma jkunx qed jitkeb jew jisma’ lil Lady Gaga, ikun mitluf fid-dinja tal-arti viżiva. Rebaħ Divergent Thinkers 04 organizzat minn VIVA fl-2015, u sena wara mar il-Virginia Centre for the Creative Arts bħala artist residenti. Fl-2018 ingħata l-premju għall-ewwel Artist Żagħżugħ tas-Sena mill-Kunsill Malti għall-Arti.
View Profile
View Pdf