IXTRI

  • img-book

    Dwayne Ellul

Stellini Kursar Malti (Tikka Qari Livell 14)

ta' : Dwayne Ellul

4.95 3.71

25% OFF your favourite books! Stock up now!
Kopji:
ISBN: 9789990918595
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 32

Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Luca kien il-mimmi t’għajnejn missieru Pietro, li kien ħadu jivvjaġġa miegħu bħala kursar. Fuq il-baħar għaddew minn ħafna avventuri … sa anki ssieltu mal-furbani Torok li attakkaw il-feluka tagħhom. Imma l-akbar avventura, Pietro kellu jagħmilha waħdu u Luca sar jaf biha biss bis-saħħa ta’ ittra li bagħat missieru.

Dan il-ktieb jorbot ma’ Tikka Malti 6a
(Tema: ispirat minn “Maltin u Għawdxin”)

ISBN: 9789990918595
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 32

  • Reċensjonijiet(0)
  • Dwayne Ellul trabba u għex l-Isla għal 26 sena u jibqa’ jgħid li hu minn hemm anke jekk mar jgħix xi mkien ieħor. Huwa librar u għalliem tal-Malti fi skola statali. Għal xi snin ra għajnejn studenti adulti jleqqu hu u jgħinhom jitgħallmu jiktbu u jaqraw bil-Malti. Kien parti minn bordijiet editorjali, mexxa diversi korsijiet u huwa editur u anki wieħed mill-kordinaturi tat-taqsima tal-glossarji fis-sit malti.mt tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Minflok flus, iġemma’ kemm jiflaħ sinonimi għat-teżawru tematiku tiegħu Kelma għal Kelma. Jaqra ħafna kotba li rari jkollhom qoxra – ikunu għadhom manuskritti – u b’biro ħamra f’idu jingassa, iżid u jnaqqas ’l hemm u ’l hawn biex kemm jista’ jkun joħorġu nodfa minn kull żball ... imma mhux dejjem jirnexxilu. Hu u jaqra l-provi jew jaddatta xi ktieb għall-Malti, biex iserraħ ftit għajnejh u l-menti jħobb jintefa’ jedha mal-pjanti, għax dawk ma jmeruhx. Huwa miżżewweġ u għandu tifla.
    View Profile
    View Pdf