IXTRI
Kategoriji
X
-
Trevor Żahra
Stella, Jien u Hu
ta' : Trevor Żahra€6.50
ISBN:
9789990913170
Kategorija:
Non-Fiction
Qoxra:
paperback
Età:
adults
Pubblikazzjoni : 1990
Paġni : 104
About This Book
"Min qed ifittex l-ispettakolari jew l-impressjonanti, jista' jieqaf hawn u jwarrab dan il-ktieb. Min hu kapaċi jagħraf il-valuri bla qies ta' ħwejjeġ ordinarji, bħalma huma kartolina tal-Milied, l-inkwiet biex tibni dar, il-ferħ li tixtri biċċa għamara, it-taqtigħ il-qalb ta' qabel titwieled tarbija, u l-elf kantuniera li trid iddur jekk trid tgħix f'dinja, isib f'dan il-ktieb ġiebja bla qiegħ ta' meravilji kbar fiċ-ċokon tagħhom."

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com
Nirrakkomandaw