IXTRI

  • img-book

    Audrey Friggieri

Stejjer ma Jitwemmnux mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini

ta' : Audrey Friggieri

7.95

Kopji:
ISBN: 9789990916102
Kategorija: , ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 128
F'dan it-tieni ktieb dwar l-istejjer inkredibbli li jseħħu fil-klassi ta' Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini, Odette, Owen u Massimo jsibu ruħhom priġunieri tar-re formidabbli ZEKIVAR ZVI ZOLDEK BIN ZEFULUN. It-tlett itfal iridu jgħaddu minn prova diffiċli biex forsi jiksbu l-libertà tagħhom. Fi triqthom għal għand ir-re jisimgħu ħafna affarijiet dwaru … imma tgħid kollha vera? Min minnhom jirnexxilu jirbaħ l-isfida? Odette, Owen u Massimo jgħaddu minn avventuri tal-ġenn, imma bħalma ġara fl-ewwel ktieb, il-ħin kollu jibqgħu fil-klassi! Għax Miss Ambrożja saħħara … Shhhhhhhhhhhhhhh! Ikompli wara l-ewwel ktieb f'din is-sensiela: Avventuri mill-klassi ta' Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini

Ħafna ma jobsrux li Audrey Friggieri tikkomunika mas-saħħara personali tagħha fil-forma ta’ qattusa, tkellem lill-pjanti, taqra ossessivament u hi ffissata f’li tfittex teżori moħbija. Tħobb tgħum, timxi fix-xita, speċjalment ħdejn il-baħar, u tħares lejn is-sema ċar billejl bit-tama li jaslilha xi sinjal minn “hemm barra”. Spiss issibha b’tazza nbid f’idha, jew inkella tiġri jew tilgħab it-tennis. Imma temmen li kull tant żmien tajjeb li tagħmel xi ħaġa tal-biża’.

View Profile
View Pdf