IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Stampakelma

ta' : Trevor Żahra

12.00

Kopji:
ISBN: 9789990915426
Qoxra: paperback
Età: 0-7, 6-10
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2014
Paġni : 200
Rebbieħ: l-Aqwa Disinn ta' Ktieb bil-Malti fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Dizzjunarju bl-istampi, uniku fil-ġeneru tiegħu Stampakelma huwa sewwasew ġabra ta' stampi u kliem, kollox miġbur skont is-suġġett: ġisimna, il-familja, ħwejjeġ, xi nsibu fi kmamar differenti tad-dar u ħafna oħrajn. Jiġbor fih ukoll stampi u ismijiet ta' għasafar, annimali, ħut, fjuri, ħxejjex, ħwawar, siġar, frott, kif ukoll stampi dwar it-tradizzjonijiet Maltin. Fi tmiem il-ktieb hemm indiċi alfabetiku Malti-Ingliż, Ingliż-Malti kif ukoll tagħrif ħafif dwar xi wħud mis-suġġetti magħżula. Stampakelma huwa mfassal għat-tfal, imma joffri minjiera tad-deheb anki lill-għalliema u l-ġenituri.

ISBN: 9789990915426
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2014
Paġni: 200

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    View Pdf