Availability: In Stock

Sorpriża għal Lindora

Carmel G. Cauchi
SKU: 9789990918380

6.95

Compare
ISBN: 9789990918380
Kategorija:
Qoxra: paperback
Etajiet:
Illustratur: Frank Schembri
Data tal-pubblikazzjoni : 2019
Numru ta’ paġni : 112
Tags: ,

Dan hu ktieb bi storja mhix tas-soltu. L-istorja tirrakkontaha tifla waqt li tinsab f’koma.

Lindora hija tifla fl-ewwel klassi tal-Iskola Medja. Klikka ta’ tliet studenti jaqbdu magħha u jibdew jibbuljawha. L-ibbuljar tagħhom mhuwiex biss verbali imma wkoll fiżiku. Jum wieħed iwaqqgħuha u taħbat rasha max-xifer ta’ siġġu. Lindora tintilef minn sensiha u taqa’ f’koma.

L-istorja ma tittrattax biss il-kruha tal-bullying imma tidħol ukoll fl-isfera tal-koma. Tassew li Lindora tkun qed tisma’ kollox waqt li qiegħda fil-koma? Kif iġġib ruħha għal dak li jkun qed jiġri madwarha? X’jissuġġerixxi t-tabib biex forsi toħroġ mill-koma? Min huma dawk li jżuruha? X’joqogħdu jagħmlu biex jippruvaw jikkomunikaw magħha? Min hu Sebastian u kif jidħol fl-istorja? U x’inhi s-sorpriża li twassal biex fl-aħħar Lindora toħroġ mill-koma?

Nirrakkomandaw