Availability: In Stock

Six-Pack u Sonża

Donovan Gatt
SKU: 9789990913811

11.95

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Compare
ISBN: 9789990913811
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2011
Numru ta’ paġni : 156

Ġabra ta’ novelli mingħand awtur żagħżugħ, novelli intriganti, kurjużi, stimolanti, u adatti għal udjenza matura biss.

Id-Davide qed jingħafas mal-mara ħoxna ta’ Żmien il-Ħaġar f’kopulazzjoni oriġinali daqskemm skabrużament intima. Il-mara l-ħoxna m’hemmx li tintreħa.
Kannibalu tqatta’ u tiekol minnu. Ma tridx tafdah għalkollox għax mis-saba’ malajr jaf jeħodlok id jew xi spalla. Dilettant kbir tal-Juventus. Flimkien ma’ ommu jaqla’ l-ħobżna ta’ kuljum f’ħanut tal-laħam fejn il-cube roll dejjem tari u frisk u fejn il-klijent jiġi moqdi mill-koxxa. Qabel l-ikel il-kannibalu jrodd is-salib.
Isqof Niġerjan iħossu bħal dubbiena storduta fil-foga tal-flitt. Hekk kif ikun ħiereġ mis-sakra tal-loppju wara amputazzjoni, l-eċċellenza tiegħu, minn jeddu imma mhux minn jeddu, jaqbad jirrakkonta avventuri strambi li kellu f’pompa tal-petrol abbandunata qalb it-tyres u l-pjanċi tal-ħadid. Il-kirurgu u l-anestesista jissemmgħu. Il-koxxa tal-isqof tferfer fix-xejn. Xebba tixxotta d-dmugħ.
U aktar novelli.

Karattri li lkoll jiġġerrew fil-kurituri xi kultant dojoq, xi minn daqqiet wiesa’, tal-moralità. Hemm storja għal kulħadd. Kull storja hi adrenalina bbalzmata.

Jonqos biss li taqrahom.

Nirrakkomandaw