IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Sħab

ta' : Trevor Żahra

8.00

Kopji:
ISBN: 9789990915594
Qoxra: paperback
Età: 9-14, 13-18
Pubblikazzjoni : 2006
Paġni : 104
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Kultant lil Toby ma nifhmux. Ilbieraħ qalli li kif inkunu t-Toskana bi ħsiebu jieħu ħafna ritratti tas-sema. Għidtlu: "Mela s-sema ta' Malta u tat-Toskana mhux l-istess?!" Qalli: "Le, mhux l-istess!" U fetħilha. Dam siegħa jredden dwar kif l-ilma jeffettwa s-sħab, u l-baħar jeffettwa s-sħab, u l-għoljiet u l-muntanji u l-pjanuri u r-riħ u x-xemx kollha jeffettwaw is-sħab. Kemm kemm ma riedx jgħid li anki tazza 7-Up fuq il-bejt teffettwa s-sħab. Għidtlu: "Daqt jibdew jgħidulek li moħħok fis-sħab." Qalli: "Dak ikun kumpliment!" "F'dan il-ktieb, il-ġrajjiet ta' kuljum u dawk meraviljużi jingħaqdu flimkien biex joħolqu storja unika, fejn dawk tal-ewwel isiru straordinarji u tat-tieni jitqiesu bħala fatti komuni … dan huwa ktieb li għandu jkun fil-librerija ta' kull tifel u tifla." - Tanja Cilia, The Sunday Times of Malta

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

View Profile
"F'dan il-ktieb, il-ġrajjiet ta' kuljum u dawk meraviljużi jingħaqdu flimkien biex joħolqu storja unika, fejn dawk tal-ewwel isiru straordinarji u tat-tieni jitqiesu bħala fatti komuni … dan huwa ktieb li għandu jkun fil-librerija ta' kull tifel u tifla." - Tanja Cilia, The Sunday Times of Malta
View Pdf