Availability: In Stock

Sħab

Trevor Żahra
SKU: 9789990915594

8.00

Compare
ISBN: 9789990915594
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2006
Numru ta’ paġni : 104
Tag:

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Kultant lil Toby ma nifhmux.
Ilbieraħ qalli li kif inkunu t-Toskana bi ħsiebu jieħu ħafna ritratti tas-sema.
Għidtlu: “Mela s-sema ta’ Malta u tat-Toskana mhux l-istess?!”
Qalli: “Le, mhux l-istess!”
U fetħilha.
Dam siegħa jredden dwar kif l-ilma jeffettwa s-sħab, u l-baħar jeffettwa s-sħab, u l-għoljiet u l-muntanji u l-pjanuri u r-riħ u x-xemx kollha jeffettwaw is-sħab.
Kemm kemm ma riedx jgħid li anki tazza 7-Up fuq il-bejt teffettwa s-sħab.
Għidtlu: “Daqt jibdew jgħidulek li moħħok fis-sħab.”
Qalli: “Dak ikun kumpliment!”

“F’dan il-ktieb, il-ġrajjiet ta’ kuljum u dawk meraviljużi jingħaqdu flimkien biex joħolqu storja unika, fejn dawk tal-ewwel isiru straordinarji u tat-tieni jitqiesu bħala fatti komuni … dan huwa ktieb li għandu jkun fil-librerija ta’ kull tifel u tifla.” – Tanja Cilia, The Sunday Times of Malta

Nirrakkomandaw