IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Sfidi

ta' : Trevor Żahra

8.00

Kopji:
ISBN: 9789990913866
Kategorija: , , ,
Qoxra: paperback
Età: 13-18
Pubblikazzjoni : 2005
Paġni : 154
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Malli Mario fetaħ il-bieb ta' barra biex bħas-soltu jmur għall-gazzetta, jilmaħ pakkett ċkejken fil-kaxxa tal-ittri. Għal mument waqaf iħares lejh. Kien jaf li l-posta qatt ma kienet tasal qabel il-ħdax. Bilfors xi ħadd kien xeħithulu kmieni filgħodu jew billejl. Deffes idu fil-kaxxa u ġibed il-pakkett 'il fuq. Imma hekk kif ir-raġġ dawl li kien dieħel mill-bieb imbexxaq waqa' fuq dak il-pakkett, Mario hass qalbu tieqaf ... Dan il-ktieb huwa rakkomandat għal qarrejja minn 13-il sena l'fuq.

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

View Profile
View Pdf