Malli Mario fetaħ il-bieb ta’ barra biex bħas-soltu jmur għall-gazzetta, jilmaħ pakkett ċkejken fil-kaxxa tal-ittri.
Għal mument waqaf iħares lejh. Kien jaf li l-posta qatt ma kienet tasal qabel il-ħdax. Bilfors xi ħadd kien xeħithulu kmieni filgħodu jew billejl.
Deffes idu fil-kaxxa u ġibed il-pakkett ‘il fuq. Imma hekk kif ir-raġġ dawl li kien dieħel mill-bieb imbexxaq waqa’ fuq dak il-pakkett, Mario hass qalbu tieqaf …
Dan il-ktieb huwa rakkomandat għal qarrejja minn 13-il sena l’fuq.
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com